Saturday, February 21, 2026

Robert Abela jgawdi kważi 10% aktar fiduċja minn Alex Borg

Aqra wkoll

Sondaġġ Frar 2026: Riżultati dwar il-Mexxejja

F’dan l-istħarriġ staqsejna wkoll: “Liema mexxej politiku tippreferi bħala Prim Ministru ta’ Malta?”

Fost dawk li vvutaw lill-Partit Laburista 2022, 85.6% jippreferu lil Robert Abela, filwaqt li 1.1% semmew lil Alex Borg. Il-bqija kienu indeċiżi (6.5%), qalu ħadd (3.6%) jew għażlu ‘oħrajn’ (3.2%).

Min-naħa l-oħra, fost dawk li vvotaw lill-Partit Nazzjonalista, 85.9% jippreferu lil Alex Borg, 1.4% lil Robert Abela. Il-bqija kienu indeċiżi (5.6%), qalu ħadd (5.2%) jew għażlu ‘oħrajn’ (1.9%).

Wara li applikajt il-mudell xjentifiku fuq dawk li ma wieġbux, ir-riżultati finali juru li 44.4% jippreferu lil Robert Abela, u 34.7% lil Alex Borg. Dawk li ma jippreferu lil ħadd jammontaw għal 9.2%, l-indeċiżi għal 9.0%, u oħrajn għal 2.8%. Dan jagħti distakk ta’ 9.7% favur il- Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport