Tuesday, January 13, 2026

ROBERT ABELA… SITT SNIN TA’ KISBIET GĦALL-PAJJIŻ

Aqra wkoll

Fit-13 ta’ Jannar ta’ sitt snin ilu, Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-14-il Prim Ministru Malti wara li fil-jum ta’ qabel kien inħatar bħala Mexxej tal-Partit Laburista. Dawn is-sitt snin li għaddew kienu karatterizzati minn riformi u kisbiet li pajjiżna ma kienx għadu ra bħalhom. Kienu snin ta’ tkabbir ekonomiku kontinwu u ma jaqta xejn, riformi soċjali li ġabu rivoluzzjoni u tejbu mhux ftit il-ħajja tan-nies, u ħarsien tal-ambejnt bi proġetti ħodor sinifikanti f’bosta nħawi tal-pajjiż.

Hekk jistgħu jiġu deskritti dawn is-sitt snin li għaddew taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela. Sitt snin ta’ deċiżjonijiet kruċjali li ttieħdu għal pajjiżna u anki għall-Partit Laburista. Minkejja dan l-iżvilupp progressiv, l-isfidi għal pajjiżna ma naqsux – bdew bil-pandemija dinjija u komplew bil-kriżijiet tal-inflazzjoni u għoli tal-prezzijiet anki ta’ dawk essenzjali għall-għajxien. Iżda t-treġija għaqlija ta’ pajjiżna ma ħallietx lil dawn il-problemi jaffettwaw ir-ritmu tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali li pajjiżna kien għaddej minnu.

Pjuttost, li dawn l-isfidi ddawru f’opportunitajiet kif urew il-fatti, li minnhom ibbenefikaw il-familji Maltin b’mod partikulari fil-qasam tal-impjiegi. Dan huwa konfermat mill-fatt li Malta hija l-pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi msieħba tal-Unjoni Ewropea.

F’dan il-kuntest ukoll żdiedu konsekuttivament il-pensjonijiet kollha, issaħħu c-childrens’ alloawce u l-istipendji, tnaqqsu t-taxxi għal min jaħdem filwaqt li komplew jingħataw l-għajnuniet lil first time buyers u nżammu stabbli l-prezzijiet permezz tas-sussidju fuq l-enerija u l-fjuwila.

Fix-xena internazzjonali, Robert Abela personalment kien vuċi qawwija favur il-paċi fid-dinja, tant li kif stqarr id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Dr Ian Borg, Malta, f’dawn is-snin iddistingwiet ruħha bħala promotur tal-paċi. Dan anki fl-isfond tas-servizz li Malta tat kemm fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, it-tmexxija tal-OSCE u anki riċentament bit-tmexxija tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa.

Quddiem dan kollu, nemmnu li l-Prim Ministru Robert Abela se jżomm mal-wegħdiet li kien għamel li pajjiżna ikompli jibni fuq it-tajjeb li diġà sar għamlu min għamlu. Dan għandu għafejn ikompli jimlina bil-kuraġġ li l-ġejjieni se jkun aħjar mill-imgħoddi, bi gvern Laburista jibqa’ jkun l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport