L-Avukat Robert Aquilina rriżenja minn President Onorarju u minn membru ta’ Repubblika. Dan tħabbar fi stqarrija li ħarġet l-Għaqda Repubblika wara l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront ta’ Aquilina fejn anke ġie mitkellem mill-Pulizija.
Intant l-istess Aquilina fi stqarrija li ħareġ hu b’mod personali kkonferma li ġie mitkellem mill-Pulizija dwar sitwazzjoni familjari.
Jgħid li “fl-aħħar xhur u snin iż-żwieġ tagħna għadda minn mumenti diffiċli ħafna li b’għafsa ta’ qalb ngħid li se jwassluna biex nimxu f’toroq separati. Bħalma dejjem irrispettajt il-privatezza ta’ kulħadd, nitlob li tiġi rispettata l-privatezza tal-familja tagħna f’dawn il-mumenti ebsin, jekk xejn b’rispett tat-tliet itfal tagħna, ilkoll minuri.”
Fl-istess stqarrija li attakka mill-ġdid lill-Kummissarju tal-Pulizija Gafàfejn qal li “mument daqstant delikat għall-familja tiegħi, ma ddejjaq xejn jillikja informazzjoni privata lil terzi tant li sibt il-fortografi jistennewni dieħel għal-laqgħa li kelli mal-pulizija.”
Hu ċaħad b’mod kategoriku l-allegazzjonijiet kollha li saru fil-konfront tiegħu fejn irrefera wkoll li l-Maġistrat tal-Għassa rrifjuta li jordna l-ħruħ ta’ mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu.
L-istqarrija ttemm tgħid li “b’effett immedjat irriżenjajt minn membru ta’ Repubblika u għaldaqstant mhux se nibqa’ President Onorarju tal-istess għaqda. Dan il-pass għamiltu kemm biex inħares il-privatezza tal-familja tiegħi, kif ukoll biex ma nħallix lil min juża dan il-każ biex itellef il-kawża ġusta li qed tiġġieled Repubblika għal pajjiżna. Ir-rappreżentanza tiegħi tal-Fondazione Falcone qed tiġi sospiża, u qiegħed ukoll nissospendi lili nnifsi mill-Kunsill Ġenerali tal-istess Fondazione Falcone.”