Friday, November 15, 2024

Robert Aquilina jitlob protezzjoni għalih u għal familtu

Aqra wkoll

Il-President tal-għaqda mhux governattiva Repubblika Robert Aquilina qiegħed jitlob il-protezzjoni għalih u għal familtu minħabba theddid, intimidazzjoni u attakki kontinwi. 

Fi stqarrija maħruġa minn Repubblika ntqal li l-attiviżmu huwa dmir ta’ kull ċittadin u parti essenzjali mid-demokrazija u għalhekk l-awtoritajiet responsabbli għandhom jaraw li jittieħdu l-miżuri kollha biex jipproteġi lil dawn il-persuni.

Filwaqt li ppubblikaw l-ittra mibgħuta lill-Prim Ministru u lill-Kummissarju tal-Pulizija, huma tennew li għandha tittieħed azzjoni minnufih biex kemm Aquilina u kif ukoll familtu jkunu protetti. 

Ekonomija

Sport