Saturday, November 16, 2024

Robert Arrigo b’attakk aħrax kontra Comodini Cachia; Jappella għall-għaqda sal-elezzjoni li jmiss

Aqra wkoll

Id-Deputat Kap Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit, Robert Arrigo, kellu kliem iebes fil-konfront ta’ Therese Comodini Cachia wara r-riżultat ta’ stħarriġ li kien ippubblikat illum minn MaltaToday.

Arrigo qal li r-riżultat ta’ dan l-istħarriġ mhuwiex lok għal ferħ għal Comodini Cachia, li ġiet magħżula mid-19-il deputat ribell biex tieħu post Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Arrigo saħansitra tenna li Comodini Cachia falliet “waqgħet fle-wwel ostaklu”, bl-istħarriġ jikkontradizzi l-istqarrija tagħha li tħoss li l-partit issa huwa magħqud.

Arrigo kompla jattakka lil Comodini Cachia, fejn qal li hija kienet talbet biex jitneħħa mill-partit xhur ilu.

Tenna li vot kontra l-partit mhuwiex aċċettabbli, taħt l-ebda ċirkostanza. Dan filwaqt li emfasizza li huwa qatt ma kien ħa dan l-approċċ meta l-Partit Nazzjonalista waqt li kien fil-Gvern, kien adotta politika ta’ esklużjoni bejn l-2004 u l-2013.

Fil-kumment li huwa ppubblika fuq il-midja soċjali, Arrigo ddefenda lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, u qal li kuntrarjament għall-politika ta’ esklużjoni mħaddna mill-Partit Nazzjonalista, delia kien żamm miftuħin il-pontijiet kollha tal-partit.

Arrigo rrefera għall-attakki interni li kkaratterizzaw lill-Partit Nazzjonalista matul dawn l-aħħar tliet snin bħala “insider submarine attacks”, u tenna li dan huwa ta’ ħasra speċjlament għall-votanti Nazzjonalisti u dawk li kienu qed jingħaqdu fi ħdanu.

Tenna li kaġun ta’ dawn l-attakki, is-sitwazzjoni se tkompli tmur għall-agħar minħabba li dawn imorru kontra d-demokrazija u li eventwalment se jkun il-pajjiż li jmur minn taħt.

Arrigo intant temm il-kumment tiegħu billi appella għall-għaqda għall-inqas sakemm tiżvolġi l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Ekonomija

Sport