L-akkwist il-ġdid ta’ Barcelona, Robert Lewandowski, akkuża lil Bayern Munich b’gideb fuqu hekk kif ried jitlaq mill-club biex jingħaqad mal-Katalani. Huwa ħass li ried sfida ġdid fil-karriera tiegħu u għaldaqstant kien informa lid-diriġenti li xtaq jingħaqad mal-club Spanjol.
“Nemmen li ninsab fl-ambjent it-tajjeb. Dak kollu li seħħ meta kont għadni ma’ Bayer kien politika. Il-club fetaħ ġlieda kontra tiegħi biex jiġġustifika t-trasferiment tiegħu. Din hija xi ħaġa li ħadd ma jista’ jifhem … lanqas il-partitarji.
“Kelli naċċetta kollox minħabba li l-objettiv kien biss li nitlaq. Bosta huma dawk li ma jgħidux il-veritá. Iżda dik hija problema tagħhom. Jien dejjem kont onest fil-konfront tiegħi mal-club. Irrid fuq kollox nirringrazzja lill-partitarji tal-appoġġ li tawni.
“Aktar ma beda jintqal gideb fuqi … aktar beda jbiegħdni mill-club.
Peró issa ninsab trankwill u ffukat għall-istaġun il-ġdid fejn irrid nirbaħ l-unur ma’ dan il-club il-ġdid,” temm jgħid Lewandowski.