Wednesday, October 9, 2024

Robert Lewandowski jiskorja doppjetta f’rebħa kbira Katalana

Aqra wkoll

Robert Lewandowski kien il-protagonista fir-rebħa ta’ Barcelona fuq Valladolid bl-iskor ta’ 4-0 billi skorja doppjetta.

Kien hu li fetaħ l-iskor fl-24 minuta meta kkonkluda mill-cross ta’ Raphinha … u wara li ġie mċaħħad mil-lasti, Pedri għamilhon tnejn żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima.

Fl-64 minuta l-attakkant Pollakk skorja t-tielet għall-Katalani u t-tieni wieħed personali b’daqqa ta’ takkuna wara li rċieva mingħand Moussa Dembele.

Fil-ħin miżjud Sergi Roberto ssiġilla r-rebħa għat-team immexxi mill-coach Xavi Hernandez.

Sport