Tuesday, October 14, 2025

Robert Lewandowski jista’ jitlaq lil Barcelona

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Pollakk Robert Lewandowski jista’ jitlaq lil Barcelona meta jiskadi l-kuntratt tiegħu fis-sajf li ġej, hekk kif jidher li l-klabb Katalan mhux se joffrilu kuntratt ġdid meta jintemm dak attwali f’Ġunju 2026.

F’intervista ma’ rivista Katalana id-direttur sportiv Deco qal li bħalissa mhux iż-żmien biex jitkellmu dwar tiġdid ta’ kuntratti. Huwa ddeskriva lil Lewandowski bħala wieħed mill-aqwa attakkanti tas-snin riċenti, iżda spjega li l-klabb irid jiffoka fuq ir-ritorn tal-plejers li huma mweġġgħin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport