Robert Lewandowski ta struzzjonijiet lill-aġent tiegħu Pini Zahavi biex jassigura trasferiment għal ma’ Real Madrid matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Il-player ta’ 33 sena reġa’ kien f’forma eċċellenti għal Bayern Munich matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 25 goal f’20 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Intant, huwa skorja 319-il goal fi 349 ħarġa għall-ġganti tal-Bundesliga minn mindu ngħaqad magħhom mingħand Borussia Dortmund f’Lulju tal-2014.
Lewandowski fadallu biss 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu fl-Allianz Arena, madankollu, u l-internazzjonali Pollakk huwa maħsub li hu ħerqan li jħalli l-Ġermanja fis-sajf li ġej biex ifittex club ġdid.
L-attakkant ta’ esperjenza jinsab ħerqan li jingħaqad ma’ Real Madrid, u Zahavi qed jaħdem biex jinnegozja trafsreiment mal-ġganti Spanjoli għall-klijent tiegħu.
Lewandowski qabel kien issemma’ li jista’ jmur jilgħab fil-Premier League, b’Manchester City, Chelsea u Liverpool maħsuba li wrew interess fih.