Il-kowċ Taljan Roberto De Zerbi stabbilixxa kundizzjonijiet ċari għall-futur tiegħu mal-klabb Olympique Marseille, u għamilha magħrufa li li jibqa’ bħala head coach jiddependi fuq ir-rieda tal-klabb li jissodisfa t-talbiet tattiċi tiegħu. Il-manager Taljan enfasizza l-ħtieġa ta’ ffirmar li jaqbel mas-sistema preferuta tiegħu.
L-istaġun ta’ Marsilja taħt De Zerbi sfaxxa wara bidu promettenti, b’bidliet tattiċi u deċiżjonijiet tal-iskwadra li ġabu xi ftit tal- kritika. Wara sistema ta’ 4-2-3-1, minn dakinhar De Zerbi qaleb għal 3-4-2-1 minkejja nuqqas ta’ difensuri ċentrali naturali. L-injuries lil Luiz Felipe u issa Leonardo Balerdi komplew kixfu d-dgħufijiet difensivi u minkejja li ffirmaw lil Lilian Brassier, dan ma solviex il-problema għal kollox.
De Zerbi għalhekk irid skwadra aktar twila biex ikollu fejn ibiddel f’każ li jkun hemm xi injuries.