L-eks kowċ ta’ Brighton and Hove Albion Roberto de Zerbi kien ferm viċin li jkun il-kowċ ta’ Manchester United. Dan ammettih hu stess mal-plejers tiegħu ta’ Olympique Marseille hekk kif bħalissa qed jhedded lill-klabb min-nofsinhar ta’ Franza li jitlaq jekk ma jurux intensita’ u fuq kollox aktar professjonalita’ fil-grawnd.
De Zerbi saħansitra wera l-kopja tal-kuntratt li kien se jiffirma mar-Red Devils fejn qal li jrid jara aktar dedikazzjoni inkella jagħżel li jitlaq. Hu temm jgħid li għażel l-imħabba lejn il-futbol aktar milli l-flus meta għażel li jingħaqad ma’ Marseille.