Thursday, March 20, 2025

Roberto De Zerbi segwit minn Milan u Juventus

Aqra wkoll

Il-kowċ Taljan Roberto de Zerbi qed jissemma’ li jista’ jitlaq lil Olympique Marseille ta’ Franza sabiex jikkowċja lura fis-serie A. Fil-fatt kemm Juventus kif ukoll AC Milan qed ifittxu s-servizzi tiegħu.

L-iktar favoriti huma Juventus li bħalissa qed jaraw li l-proġett li beda l-kowċ Thiago Motta hu fallimentari u għalhekk iridu bidla fit-tmun għall-istaġun li ġej.

De Zerbi għandu 49 sena u fil-passat mexxa wkoll lil Sassuolo, Benevento, Shaktar Donetsk u Brighton and Hove Albion.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport