Il-midfielder ta’ Liverpool, Roberto Firmino, tħalla barra mill-iskwadra ta’ 26 player tal-Brażil għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2022 li se tintlagħab fi ftit ġranet oħra fil-Qatar.
Il-coach Tite, iddeċieda li jagħżel lil Gabriel Martinelli ta’ Arsenal fil-post tiegħu hekk kif qed jilgħab l-aqwa football tal-karriera tiegħu.
Players li baqgħu barra kienu Renan Lodi (Nottingham Forest), Gabriel Magalhaes (Arsenal), Gabriel Barbosa (Flamengo) u Matheus Cunha (Atletico Madrid) filwaqt li Philippe Coutinho (Aston Villa) u Arthur Melo (Liverpool) qed jirkupraw minn injury.
L-iskwadra msejħa hija:
Goalkeepers: Alisson, Ederson, Weverton
Difensuri: Danilo, Dani Alves, Alex Sandro, Alex Telles, Thiago Silva, Marquinhos, Eder Militao, Bremer
Midfielders: Casemiro, Fabinho, Bruno Guimaraes, Fred, Lucas Paqueta, Everton Ribeiro
Attakkanti: Neymar, Vinicius Jr, Gabriel Jesus, Antony, Raphinha, Richarlison, Gabriel Martinelli, Rodrygo, Pedro