L-attakkant internazzjonali Brażiljan, Roberto Firmino, għadu kif ħabbar li jrid jibqa’ ma’ Liverpool hekk kif il-kuntratt eżistenti jintemm f’Ġunju 2023.
B’hekk huwa xejjen spekulazzjoni li jrid jitlaq minn Anfield.
“Ninsab kuntent ħafna. Għandi għalfejn inkun grat li nifforma parti minn dan il-club kbir bi players ta’ livell mondjali … bl-objettiv li nirbħu aktar unuri. Għaldaqstant irrid nibqa’ hawn.
“M’għandix x’inżid aktar … ħlief li rrid nibqa’ ma’ Liverpool,” huwa qal.
“Fil-ġimgħat li ġejjin irrid inpoġġi madwar mejda biex inġedded il-kuntratt.”