Friday, December 27, 2024

Roberto Mancini jinħatar il-coach il-ġdid tal-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Roberto Mancini nħatar bħala l-manager il-ġdid tal-Arabja Sawdija ġimagħtejn wara li rriżenja mir-responsabbiltá tal-Italja.

Il-coach ta’ 58 sena mexxa lill-Italja għar-rebħa tal-Euro 2020, meta għeleb lill-Ingilterra bil-penalties fil-finali f’Wembley.

It-team kompla jirreġistra rekord dinji ta’ 37 logħba bla telfa iżda naqas milli jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-2022.

Huwa ffirma kuntratt sal-2027. L-ewwel logħba tiegħu fit-tmexxija se tkun fit-8 ta’ Settembru kontra Costa Rica f’St James’ Park, f’Newcastle.

“Nemmen li din hija opportunità kbira għalija, biex nesperjenza l-football f’pajjiż ġdid, speċjalment bil-popolarità dejjem tikber tal-football fl-Asja,” qal Mancini.

“Il-preżenza tal-aqwa players fis-Sawdi Pro League tindika l-potenzjal għal tkabbir fix-xena nazzjonali tal-football.”

Fit-Tazza tad-Dinja tas-sena l-oħra taħt l-ex head coach Herve Renard, l-Arabja Sawdija issorprendew liċ-champions eventwali l-Arġentina fir-rebħa ta’ 2-1 fil-Qatar iżda naqsu li jikkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi. 

Mancini mexxa lil Manchester City għall-ewwel titlu tagħhom tal-Premier League fl-2012 u mexxa wkoll lil Fiorentina, Lazio, Inter, Galatasaray u Zenit St Petersburg.

Ekonomija

Sport