Friday, December 27, 2024

Roberto Mancini jsejjaħ l-iskwadra għall-partiti ta’ Ġunju

Aqra wkoll

Il-coach taċ-champions tal-Ewropa, l-Italja, Roberto Mancini tilef lil Domenico Berardi u lil Andrea Pinamonti meta dawn ħallew l-iskwadra li qed tipprepara għall-finalissima mal-Arġentina u l-logħob tan-Nations League tax-xahar id-dieħel minħabba injury, filwaqt li kkonferma li se tkun l-aħħar logħba ta’ Giorgio Chiellini.

L-Italja se tiffaċċja lill-Arġentina fl-1 ta’ Ġunju għall-Fina­lissima bejn iċ-Champions tal-Ewropa u tal-Amerika t’Isfel, imbagħad tibda l-logħob ta’ kwalifikazzjoni tan-Nations League.

Fl-4 ta’ Ġunju se jospitaw lill-Ġermanja u tlett ijiem wara jiltqgħu lill-Ungerija, waqt li fil-logħbiet l-oħra jżuru l-Ingilterra fil-11 ta’ Ġunju u l-Ġermanja fl-14 ta’ Ġunju.

L-iskwadra kollha li għażel Mancini hija:

Goalkeepers: Alessio Cragno (Cagliari); Gianluigi Donnarumma (Paris SG); Alex Meret (Napoli); Salvatore Sirigu (Genoa);

Difensuri: Francesco Acerbi, Manuel Lazzari, Luiz Felipe (Lazio); Alessandro Bastoni, Federico Dimarco (Inter); Cristiano Biraghi (Fiorentina); Leonardo Bonucci, Giorgio Chiellini (Juventus); Davide Calabria, Alessandro Florenzi (Milan); Giovanni Di Lorenzo (Napoli); Emerson Palmieri (Lyon); Federico Gatti (Frosinone); Gianluca Mancini, Leonardo Spinazzola (Roma); Giorgio Scalvini (Atalanta).

Midfielders: Nicolò Barella (Inter); Bryan Cristante, Lorenzo Pellegrini (Roma); Salvatore Esposito (Spal); Davide Frattesi (Sassuolo); Jorginho (Chelsea); Manuel Locatelli (Juventus); Matteo Pessina (Atalanta); Tommaso Pobega, Samuele Ricci (Torino); Sandro Tonali (Milan); Marco Verratti (Paris SG).

Attakkanti: Andrea Belotti (Torino); Fe­derico Bernardeschi, Moise Kean (Juventus); Matteo Cancellieri, Gianluca Caprari (Verona); Wilfried Gnonto (FC Zurich); Lorenzo Insigne, Matteo Politano (Napoli); Giacomo Raspadori, Gianluca Scamacca (Sassuolo); Mattia Zaccagni (Lazio); Nicolò Zaniolo (Roma); Alessio Zerbin (Frosinone).

Ekonomija

Sport