Il-winger xellugi ta’ Inter, Robin Gosens, se jitlef id-derby jew aħjar l-Euro Derby mill-UEFA Champions League kontra Milan wara li weġġa’ fi spalltu waqt il-logħba li i Nerazzurri lagħbu kontra Lazio u li spiċċat b’rebħa għal tal-ewwel bl-iskor ta’ 3-1.
Gosens skorja l-gowl rebbieħ fit-83 minuta u hu u jagħti d-daqqa ta’ ras waqa’ fuq spalltu bil-plejer li ħass l-uġigħ u kellu jinbidel.
Għalkemm il-plejer Ġermaniż m’għandu xejn gravi, xorta waħda t-tobba jridu jaraw jieħu ftit mistrieħ.