Roma bagħtu lill-goalkeeper internazzjonali tal-Iżvezja Robin Olsen lil Sheffield United b’self b’għażla ta’ xiri.
B’hekk il-goalkeeper se jkun qed jilgħab fiċ-Championship, l-ekwivalenti tas-Serie B tal-Italja, sa Ġunju 2022.
Olsen għandu 31 sena, u lagħab mal-Iżvezja fil-UEFA EURO 2020 fejn għandu 48 dehra għal pajjiżu.
Roma kienu xtrawh mingħand FC Copenhagen fl-2018 għal € 9m, iżda malajr tilef postu fi Stadio Olimpico minħabba forma ħażina.
Huwa mar b’self ma’ Cagliari u mbagħad ma’ Everton iżda mingħajr ma rnexxielu jħalli impatt pożittiv.
Il-kuntratt tiegħu mal-Giallorossi fadallu sa Ġunju 2023 u issa ffinalizza trasferiment ta’ self b’għażla li jinxtara b’mod permanenti.
Sheffield United kienu laħqu ftehim biex jiffirmaw lil Yann Karamoh mill-club tas-Serie B Parma, li kien ikun ukoll b’self b’għażla ta’ xiri.
Madankollu, huwa kien naqas milli jikseb permess tax-xogħol u l-ftehim sfaxxa fix-xejn fl-aħħar minuta.