Saturday, October 26, 2024

Robinho jintbagħat disa’ snin ħabs fuq stupru

Aqra wkoll

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Italja talab lill-awtoritajiet Brażiljani biex jestradixxu lill-eks player ta’ Manchester City  u Milan, Robinho, sabiex ikun jista’ jiskonta sentenza ta’ disa’ snin ħabs b’rabta ma’ stupru.

Robinho tilef l-aħħar appell tiegħu kontra l-kundanna ta’ stupru ma’ ħames persuna oħra li kien ressaqu f’Jannar li għadda. 

Dan l-istupru fuq mara Albaniża seħħ f’għeluq it-23 sena tagħha f’nightclub fil-belt ta’ Milan fl-2013 waqt li kien qed jilgħab għal AC Milan.

Robinho u ħamsa oħra nstabu ħatja fl-2017.

Il-kundanna ġiet ikkonfermata minn qorti tal-appell fl-2020 u l-verdett, li kkundannat lil Robinho,  38 sena, għal disa’ snin ħabs, mill-Qorti Suprema f’Ruma.

Dan ifisser li s-sentenza ma tistax tiġi kkontestata u hija definittiva.

Sport