Friday, November 28, 2025

Roblox: L-akbar Logħba online tiġi eskposta

Minn Mikaela Evans

Aqra wkoll

Roblox, waħda mill-aktar pjattaformi tal-logħob popolari mad-dinja kollha, qed tiġi esposta għal kontenut estremistiku. Simboli Nażisti, logħob li jinkoraġġixxi sparar fl-iskejjel, sparar lejn il-moskej, u gameplay li jippromwovi s-supremazija tal-ġilda bajda u r-razziżmu, kollha ġew skoperti.

B’mod allarmanti, 70% tal-flus li jsiru minn dawn it-tipi ta’ logħob imorru direttament għand Roblox.

Għalkemm il-logħba hija rreklamata bħala adatta għal tfal min 7 snin il-fuq, tinkludi wkoll kontenut ristrett għal dawk ’il fuq minn 13-il sena. Madankollu, ħafna tfal xorta jirnexxielhom jaċċessaw il-kontenut 13+ anke meta l-kontrolli tal-ġenituri jkunu mixgħula.

Parteċipant wieħed, li beda jilgħab fuq  Roblox tal-età ta’ 15-il sena, qal li ġie groomed bi ħsieb mill-komunità tal-estremi tal-lemin. Huwa esprima li ġie espost għal simboli Nażisti, għal Hitler, u anke għal kontenut indeċenti. Xi tfal kienu esposti għal dan il-kontenut minn età żgħira, anke daqs disa’ snin.

“Dawn huma faċli ħafna biex jiġu influwenzati, hux hekk? U dak hu l-iskop,” qalet omm wara li tefgħat TikTok dwar l-esperjenza ta’ binha ta’ 11-il sena fuq Roblox. Binha, li issa għandu 15-il sena, kien influwenzat ħafna minn dak li ra fil-logħba u minn dak li kienu jgħidu l-istreamers waqt il-logħob. Qalet li binha kien jgħid affarijiet derogatorji dwar in-nisa, affarijiet li “l-ebda tifel ta’ 11-il sena m’għandu jkun jaf”. L-omm minn dakinhar waqfitu milli jilgħab il-logħba.

“Huma effettivament qed iħallu numru kbir ta’ nies jidħlu f’kamarthom,” qal Jonathan Hall KC dwar it-tfal li jużaw l-app. “Għaliex nieħu dak ir-riskju?” kompla jejd.

Ir-rappurturi wrew l-evidenza tagħhom lil Roblox. Kelliem għall-kumpanija qal:

“Għandna politika stretta li tipprojbixxi kwalunkwe kontenut jew imġiba li tinkoraġġixxi, tappoġġja, tfaħħar jew tippermetti kwalunkwe organizzazzjoni jew individwu terroristiku jew estremistiku.”
“Nimplimentaw miżuri f’diversi livelli biex nidentifikaw, nibblukkaw u nneħħu malajr kwalunkwe kontenut jew utenti li jiksru l-istandards komunitarji tagħna.”


“L-ebda sistema mhijiex perfetta, imma grazzi għall-effettività tat-timijiet u t-teknoloġija tagħna, huwa improbabbli ħafna li xi ħadd jaqa’ fuq dawn it-tip ta’ esperjenzi jew kontenut.”

Roblox, minn dakinhar neħħa waħda mil-logħob identifikati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport