Monday, November 10, 2025

Roderick Abela jirbaħ il-kompetizzjoni wieħed kontra wieħed tal-Boċċi

Aqra wkoll

Roderick Abela rebaħ il-kompetizzjoni tal-wieħed kontra wieħed organizzata mill-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi meta fil-pitch ta’ Ħal Għaxaq għeleb lil Joseph Tabone 21-13.

Kienet logħba denja ta’ finali b’Abela li stabilixxa vantaġġ ta’ 13-2 iżda b’Tabone li beda jnaqqas kull darba l-marġni tal-iskor hekk kif ħin minnhom l-iskor kien 15-13.

Minkejja kollox, Roderick Abela li jilgħab ma’ Żurrieq Boċċi Club kien ferm preċiż fl-aħħar tefgħat tiegħu u eventwalment rebaħ il-finali.

F’din il-kompetizzjoni, li kienet ilha għaddejja għal ħafna xhur, ħadu sehem 114-il plejer.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport