Sunday, December 29, 2024

Roderick Cassar ċempel lil missier il-vittma u qallu li qatillu lil bintu u li n-neputijiet kienu se jispiċċaw fl-istitut

Aqra wkoll

Fil-Qorti llum kompliet il-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar li seħħ f’Novembru li għadda, bix-xhieda li ta l-Ispettur Shawn Pawney — wieħed mill-ewwel uffiċjali li waslu fuq il-post tad-delitt ta’ Bernice. 

L-Ispettur Pawney quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud stqarr li meta ra l-katavru ta’ Bernice hija kellha kwantità kbira ta’ demm fuq sidirha u kwantità akbar fuq wiċċha, filwaqt li parti sostanzjali min-naħa t’isfel ta’ wiċċ il-vittma kienet imtajra.

Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Pawney kompla jgħid illi ftit mumenti wara l-qtil ta’ Bernice, Roderick Cassar ċempel lil missier il-vittma u qallu li qatillu lil bintu u li n-neputijiet (ulied Roderick u Bernice) kienu se jispiċċaw fl-istitut.

L-Ispettur Pawney qal ukoll li l-Pulizija rċevew xi filmati mingħand xi nies li inzertaw fil-post tad-delitt dakinhar li seħħ il-każ li fihom Bernice tinstema’ tgħajjat għall-għajjut. Ingħad ukoll li fil-filmati Roderick deher jhedded lill-persuna li waqfet biex ittihom l-għajnuna — minħabba li din l-istess persuna ħasbet li kellhom inċident tat-traffiku — fejn qalilha dan id-diskors: “Aħjar tmur ’l hemm għax tlaqqat xi tir”.

L-Ispettur Pawney temm jgħid li l-akkużat intlemaħ minn koppja jispara xi tiri fid-direzzjoni ta’ Bernice.

Ekonomija

Sport