Wednesday, November 5, 2025

Roderick Cassar ikkundannat 40 sena ħabs wara li ammetta li qatel lil martu Bernice

Aqra wkoll

Roderick Cassar ta’ 44 sena kien ikkunnat 40 sena ħabs wara li ammetta li qatel lil martu Bernice, tliet snin ilu.

Fil-Qorti, ħareġ li Cilia, li kellha 40 sena u kienet omm ta’ żewġt itfal, inqatlet b’tiri ta’ sentejn fil-qasam industrijali ta’ Kordin fl-għodwa tat-22 ta’ Novembru tal-2022. 

Matul il-kumpilazzjoni tax-xhieda, ħareġ li hija kienet qed tibża’ minn Cassar hekk kif heddidha diversi drabi li kien se joqtolha. Saħansitra ħames xhur qabel, hija kienet għamlet rapport fit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika. 

Roderick Cassar ġie mixli bil-qtil tagħha u kien l-ewwel persuna f’Malta li ġie akkużat b’femiċidju volontarju. Dan ir-reat jikkostitwixxi forma aggravata tal-qtil, wara l-emendi fil-Kodiċi Kriminali li daħlu fis-seħħ fl-2022.

Id-difiża kienet immexxija mill-Avukat Dr Arthur Azzopardi, waqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Dr Anthony Vella, Dr Kayleigh Bonett, u l-Ispetturi Shaun Pawney u l-Ispettur Wayne Camilleri, waqt li għall-qraba tal-vittma dehru l-Avukati Dr Marita Pace Dimech u Dr Ann Marie Cutajar Galea.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport