Rodney Gatt jibda l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Kampjonat Dinji għal-Sewwieqa dan it-tmiem il-ġimgħa. Dan il-kampjonat huwa mifrux fuq ħamest ijiem ta’ kompetizzjoni ta’ l-aqwa livell fejn Rodney Gatt ser ikun qiegħed jaffronta disgħa ġerrejja oħra fost l-aqwa fid-dinja.
L-Kampjonat Dinji għas-Sewwieqa ta’ din is-sena ser jiġi ospitat fill-Belġju, l-Olanda u l-Ġermanja bis-sewwieqa parteċipanti jivvjaġġaw bejn korsa u oħra waqt il-kampjonat sabiex iżuru 4 koros differenti għal total ta’ 20 tiġrija.
L-iskeda tall-kampjonat ser tara lill Rodney Gatt isuq ġewwa l-korsa ta’ Wolvega ġewwa l-Olanda l-Ħadd 13 ta’ Awwissu bit-tieni jum ta’ kompetizzjoni ikun it-Tlieta 15 ta’ Awissu ġewwa l-korsa ta’ Gelsenkirchen fill-Ġermanja. L-Erbgħa 16 ta’ Awwissu l-ġerrejja jkunu impenjati ġewwa l-Belġju fl-Hippodrome de Wallonie f’Mons. Il-kampjonat jasal fi tmiemu l-Ġimgħa 18 ta’ Awwissu bl-aħħar ħames tiġrijiet fi Trabrennbahn Mariendorf ġewwa Berlin għall-darboħra fill-Ġermanja.
Il-ġerrejja parteċipanti fil-kampjonat huma kif ġej:
Hanna Hugens għall-BELĠJU,
Miodrag Pantic għas-SERBJA,
Rick Ebbinge għall-OLANDA,
Michael Nimczyk għall-GERMANJA,
Jordan Ross għall-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA,
Blair Orange għall-NEW ZEALAND,
Peter McMullen għall-AWSTRALJA,
Santtu Raitala għall-FILANDJA,
Doug Mcnair għall-KANADA, u
Rodney Gatt għall-MALTA.
Din ma hijiex l-ewwel darba li Rodney Gatt qiegħed jirrappreżenta lill-Malta f’kampjonat tant prestiġjuż. Fl-2018, Rodney Gatt kien ħareġ rebbieħ f’tiġrija li tall-Kampjonat Ewropew għas-Sewwieqa illi jsir kull sentejn f’alternanza propju ma’ dan il-Kampjonat Dinji.
Rodney Gatt għamel id-debutt uffiċjali tiegħu bħala sewwieq ġewwa pajjiżna fil- 5 ta’ Mejju 2006 u llum jgħodd aktar minn 4600 tiġrija għal aktar minn 800 rebħa. Rodney Gatt ilu sitt snin konsekuttivi jirbaħ it-titlu ta’ l-aqwa ġerrejj tal-Malta Racing Club u din is-sena ukoll jinsab solidu fil-kmand ta’ din l-klassifika. Rodney Gatt ser ikun akkumpanjat f’dan il-kampjonat minn Tony Demanuele Viċi-Chairman tall-Malta Racing Cub.