Wednesday, November 6, 2024

Rodrygo jistqarr li l-kont tiegħu fuq il-media soċjali mifqugħ b’abbużi razzjali

Aqra wkoll

L-attakkant tal-Brażil, Rodrygo, stqarr li ġie abbużat razzjalment fuq il-kont tiegħu tal-media soċjali  wara argument jaħraq ma’ Lionel Messi fil-logħba valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li l-Aġrentina ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Din il-partita ttardjat bi 30 minuta minħabba ġlied vjolenti bejn il-pulizija u l-partitarji Arġentini.

Rodyrgo qal li kien irċieva messaġġi b’emojis ta’ xadini u banana.

“Ġejt insultat. Jekk ma nagħmlux li jridu huma, jekk ma nġibux ruħna kif jaħsbu li għandna, jekk nilbsu xi ħaġa li ddejjaqhom, jekk ma nbaxxux rasna meta jattakkawna, jekk nokkupaw spazji speċifiċi,  ir-razzisti se jaġixxu bl-imġieba kriminali tagħhom.”

Sport