Il-winger Brażiljan ta’ 24 sena Rodrygo qal lid-diriġenti ta’ Real Madrid li jixtieq jibqa’ fil-klabb, minkejja l-interess minn Chelsea, Arsenal u klabbs oħra fil-Premier League.
Skont rapporti, Rodrygo esprima l-impenn tiegħu li jibqa’ f’Estadio Santiago Bernabéu, minkejja l-isfidi li għadda minnhom din is-sena. Il-klabb qed jistenna li jara reazzjoni mill-plejer waqt it-tazza tad-dinja tal-klabbs sabiex jevalwaw jekk huwiex parti mill-pjanijiet futuri tal-kowċ Xabi Alonso.