Kif ħabbar il-Gvern, permezz ta’ Avviż għall-istampa fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-preżz tal-fuel, mill-15 ta’ Ġunju 2020, qed jorħos b’seba’ ċenteżmi permezz ta’ roħs bl-istess ammont fir-rati tas-sisa ta’ dawn il-prodotti.
B’hekk, l-istokk ta’ unleaded petrol u gasoil f’kull pompa tal-fuel, f’nofs il-lejl tal-Ħadd, 14 ta’ Ġunju 2020, hu suġġett għal rifużjoni ta’ 7 ċenteżmi kull litru.
Kull pompa ta’ fuel għandha tibgħat lid-Dipartiment tad-Dwana talba għal rifużjoni fuq dan l-istokk flimkien ma’ rapport tal-istokk verifikat u ffirmat mir-Regolatur (REWS, Regulator for Energy & Water Services).
Talbiet għal rifużjoni li ma jkunux mgħoddija mir-Regolatur ma jiġux ipproċessati mid-Dipartiment tad-Dwana.