Il-midfielder Kroat Roko Prsa mistenni li jibqa jilgħab f’pajjiżna hekk kif huwa mistenni li jingħaqad ma’ Sliema Wanderers. Jidher li fl-aħħar jiem kien hemm diskussjoni bejn iż-żewġ naħat u jidher li l-ftehim bejn iż-żewġ partijiet huwa imminenti tant li l-plejer se jiffirma fil-ħin li ġej.
Prsa, li għandu 29 sena, kien liberu li jingħaqad ma’ minn rid wara li l-kuntratt li kellu maċ-ċampjins Hamrun Spartans ġie fit-tmiemu mat-tmiem l-istaġun. Nifhmu, li Hamrun xtaqu li jżommu s-servizzi ta’ Prsa, tant li aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm tenettativ ieħor sabiex il-plejer jerga jiffirma mal-Spartans madankollu ftehim ma’ intlaħaqx.
Prsa kellu numru ta’ offerti minbarra l-pajjiż partikolarment mill-Indoneżja iżda mistenni li jagħżel lill-Sliema minkejja li l-pakketti offruti mit-timijiet barranin kienu ħafna akbar minn dak li rċieva lokalment.
Jekk dan il-ftehim jiġi konkluż, allura għal Sliema dan ikun ir-raba akkwist s’issa.