Roko Prsa huwa uffiċjalment player ġdid ta’ Sliema Wanderers FC.
Meqjus bħala wieħed mill-aqwa players barranin fil-futbol lokali u mutur f’nofs il-grawnd, huwa se jkun qed jingħaqad mal-Wanderers mingħand iċ-champions Hamrun Spartans FC, fejn ma’ liema tim huwa spikka ferm u kien strumentali speċjalment fir-rebħ tal-aħħar kampjonat fejn skorja l-gowl deċiżiv fir-rebħa minima ta’ 1-0 kontra Birkirkara fil-finali tal-Malta Premier.