Sunday, November 24, 2024

Rolex Middle Sea Race 2023: Jottijiet qodma u ġodda jiltaqgħu

Aqra wkoll

L-44 Rolex Middle Sea Race tinsab ftit aktar minn tliet xhur ‘il bogħod, bil-bidu skedat għas-Sibt, 21 ta’ Ottubru 2023. It-tellieqa klassika ta’ 600 mil tal-Mediterran qed tibni flotta diversa u mħallta, b’jottijiet li ser jtellqu b’ekwipaġġ sħiħ u oħrajn double handed.  Il-qisien  jvarjaw fid-daqs mill- 32.55 metru (107 pied) Spirit of Malouen (Franza) sa l-10m (33ft) Sun Fast 3300 Zephyr (Renju Unit). Bħalissa parteċipanti qed jirrapresentaw pajjiżi madwar l-Ewropa u l-Amerika ta ‘Fuq, u jirrappreżentaw l-aqwa prestazzjonijiet fl-ibburdjar offshore

Ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC), li nehdiet it-tellieqa fl-1968, jinsab inkuraġġat li il-Klabb ser jerġa jilqa flotta internazzjonali eċċezzjonali f’Ottubru.  Fil-waqt li l-iskrizzjonijiet jagħlqu uffiċjalment nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Settembru, l-RMYC jirriserva d-dritt li jaċċetta applikazzjonijiet  sad-29 ta’ Settembru.

L-aħbarijiet ewlenin huma l-konferma li l-maxi Awstraljan ta’ 30.5m (100ft), Black Jack, proprjetà ta’ Peter Harburg. L-aktar reċentement Black Jack rebaħ Line Honours tar-Rolex Giraglia tal-2023 f’Ġunju, dan il-jott huwa l-ex Alfa Romeo II (rebbieħ tal-Line Honours tar-Rolex Middle Sea Race tal-2006) u l-ex Esimit Europa 2 (li ħa Line Honours tar-Rolex Middle Sea Race erba’ darbiet bejn l-2010 u l-2014). Ir-rebbieħ tal-Line Honours fir-Rolex Sydney Hobart Yacht Race tal-2020 hija kompetizzjoni reali għal jottijiet Spirit of Malouen u l-Volvo 70 modifikat, Pyewacket

Ir-Rolex Middle Sea Race ilha meqjusa bħala sfida li wieħed għandu jagħmel għall-biċċa l-kbira tal-baħħara offshore. Katrina Westphal, kaptan tal-jott Ġermaniż Carkeek 47 Störtebeker (li kein il-Black Pearl ta’l Stefan Jentzsch) iddaħlet mill-Hamburger Verein Seefahrt (HVS), klabb iddedikat biex jeduka żgħażagħ fl-ibburdjar offshore. “Ili nimmira li nieħu sehem fir-Rolex Middle Sea Race għal żmien twil,” stqarret Westphal, studenta tal-arkitettura ta’ 25 sena. “Smajna ħafna stejjer eċċitanti dwar it-tellieqa, u ninsab ħerqana għal din l-isfida ġdida. Iċ-ċans li nbaħħru kontra flotta internazzjonali hija interessanti ħafna għalina.”

L-ekwipaġġ ta’ Westphal huwa magħmul minn erba’ nisa u tmien irġiel, b’età medja ta’ 26. Kollha huma membri tal-HVS, b’taħlita ta’ esperjenza. Westphal, hi stess, għanda esperjenża ta’ dan it-tip ta’ tlielaq b’żewġ Rolex Fastnet Races u waħda transatlantiku f’isimha, flimkien ma’ ħafna kompetizzjonijiet fl-ibħra tal-Baħar Baltiku u tat-Tramuntana. Fl-2021, Westphal ggwidat lil Störtebeker għad-disa’ post ġenerali u t-tieni post fil-klassi IRC Zero li hu wieħed kompetittiv ħafna.

Gilles Caminade u l-ekwipaġġ ta’ Chenapan 4, Ker 40, ukoll għandhom esperjenza tat-tlielaq offshore. Caminade għandu wkoll ipproduċa riżultati tajbin fir-Rolex Fastnet wara li spiċċa fil-ħames post ġenerali u t-tielet fl-IRC 3 fl-2013 fid-dgħajsa preċedenti tiegħu, A35. Il-Franċiż għandu vantaġġ peress li r-Rolex Middle Sea Race tal-2023 se tkun it-tielet vjaġġ tiegħu fi tliet snin suċċessivi. Wara li spiċċa ma l-aqwa 20 fl-edizzjoni tal-2021, li kienet magħrufa għal irwiefen b’saħħithom. It-tlestija tal-korsa f’sitt ijiem offra ħafna ħin biex wieħed jassorbi ix-xenarju. F’tellieqa li fiha inqas minn nofs il-flotta ta’ 120 dgħajsa spiċċaw it-tellieqa, hu wera l-ħila tat-tim Franċiż.

“Din hija t-tellieqa favorita tagħna fil-Mediterran,” stqarr Caminade. “It-tiġrijiet offshore huma tip ta’ avventura, speċjalment fuq Ker 40. Din id-dgħajsa hija impenjattiva ħafna, u għalhekk l-ekwipaġġ huwa magħmul minn professjonisti mħallta ma’ dilettanti ta’ livell għoli. Huwa tim li jbaħħar spiss flimkien.”

Wara r-rebħ tar-Rolex Giraglia, it-TP52 Red Bandit ta’ Carl-Peter Forster mill-Ġermanja se jkunu qed jittamaw li juru s-suċċess tagħhom fl-eqdem tiġrija offshore tal-Mediterran. Il-programm, li huwa ieħor immirat biex jintroduċi baħrin żgħażagħ fid-dinja offshore, ilu biss sentejn. Din se tkun il-ħames Rolex Middle Sea Race ta’ Forster, l-ewwel waħda kienet lura fl-1979 abbord l-Inschallah ta’ Volker Andreae, u se tkun it-tielet tellieqa tal-ekwipaġġ tar-Red Bandit.

L-44 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race se tibda nhar is-Sibt, 21 ta’ Ottubru 2023.

Sport