Hekk kif il-partitarji ta’ AS Roma qed jistennew li d-diriġenti tat-tim favorit tagħhom jakkwistaw lil Romelu Lukaku mingħand Chelsea, huma jinsabu mħassba fuq il-kundizzjonijiet fiżiċi tal-attakkant Arġentin Paulo Dybala. Dan tal-aħħar qed iħoss uġigħ f’siequ u għalissa ma jistax jilgħab.
L-istess partitarji ta’ Roma qed jistennew reazzjoni wara t-telfa ta’ 2-1 tas-Sibt li għadda kontra Verona u d-draw ta’ 2-2 kontra Salernitana.