AS Roma qed ifittxu attakkant u jixtiequ jagħlqu din il-kwistjoni kważi ġimagħtejn qabel il-bidu tal-kampjonat. Bħalissa t-tim mill-belt kapitali Taljana għandu lil Andrea Belotti u Paulo Dybala li pero’ mhux dejjem ikun f’kundizzjonijiet daqshekk tajbin.
Sadanittant f’moħħ id-diriġenti Romanisti hemm żewġ plejers Marko Arnautovic ta’ Bologna u Marcos Leonardo ta’ Santos. Dan tal-aħħar hu iktar favorit li jilbes il-flokk Giallorosso hekk kif għandu r-rieda li jmur jilgħab fl-Italja għalkemm għad iridu jibdew id-diskussjonijiet mal-klabb Brażiljan.
Mill-banda l-oħra, l-idea ta’ Arnautovic mhux waħda faċli hekk kif Bologna mhux lesti li jċeduh u għalhekk il-probabbilta’ hi dik li jmorru għal Leonardo.