Wednesday, October 9, 2024

Roma jakkwistaw lil Evan Ndicka

Aqra wkoll

Wara li kkonfermaw l-akkwist ta’ Houssem Aouar, Roma lesti li jiksbu s-servizzi tad-difensur ċentrali ta’ Eintracht Frankfurt Evan Ndicka. Dan tal-aħħar skadielu l-kuntratt mal-klabb mill-Ġermanja u ma jixtieqx jerġa’ jġeddu. 

Ndicka għandu 23 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Franċiża. Hu lagħab 134 partita mat-tim minn Frankfurt u skorja għaxar gowls. Fil-passat lagħab ukoll ma’ Auxerre u kien membru regolari mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena ta’ Franza. 

Sport