Friday, September 13, 2024

Roma jakkwistaw lil Mats Hummels

Aqra wkoll

Roma akkwistaw is-servizzi ta’ Mats Hummels li dan l-aħħar kien aġent ħieles u għalhekk seta’ jingħaqad ma’ min irid. Minkejja kollox, mhux l-istess jista’ jingħad għal Kostas Manolas li spiċċa ma marx fil-belt kapitali Taljana sabiex issa mar jilgħab f’pajjiżu l-Greċja ma’ PAOK.

Il-kowċ Daniele de Rossi kien kuntent bis-suq tat-trasferimenti li għamlu l-Giallorossi speċjalment bl-aħħar akkwist ta’ Hummels li mistenni jsaħħaħ id-difiża tiegħu.

Hummels għandu 35 sena u jilgħab fil-qalba tad-difiża. Hu lagħab ma’ Bayern Munich u Borussia Dortmund.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport