L-ogħla awtoritajiet ta’ AS Roma qed jitkellmu mar-rappreżentant ta’ Paulo Dybala fit-tentattiv li jġeddulu l-kuntratt tiegħu għal sentejn oħra.
Min-naħa tiegħu, il-plejer Arġentin irid ikun jaf l-objettivi futuri tal-klabb speċjalment jekk il-kowċ Jose Mourinho hux se jibqa’ fit-tmexxija jew le.
Madankollu hemm prospetti ferm pożittivi li dan kollu jseħħ bid-diriġenti mill-belt kapitali Taljana li se jaraw ukoll li jirranġaw il-klawsola fil-kuntratt ġaladarba xi tim barrani jkun interessat għall-eks plejer ta’ Palermo u Juventus.