Wara li Juventus ħabbru li mhux interessati jakkwistaw lil Romelu Lukaku mingħand Chelsea, issa huma AS Roma li qed jippruvaw jiksbu s-servizzi tiegħu.
Fil-fatt id-direttur ta’ Roma Tiago Pinto u iben il-president Ryan Friedkin jinsabu f’Londra sabiex jitkellmu mat-tim li jilgħab fi Stamford Bridge.
Il-Giallorossi qed jaħdmu sabiex ikollhom ftehim fuq bażi ta’ self bid-diriġenti tal-Blues li qed jikkunsidraw din l-offerta.