Roma se jippruvaw iġeddu l-kuntratt lil wieħed mill-istilel żgħar tagħhom bl-isem ta’ Edoardo Bove. Dan tal-aħħar għad għandu 20 sena iżda bil-mod il-mod beda jilgħab xi logħob mal-Giallorossi tant li minn sentejn ilu ‘l hawn diġa’ kien involut f’26 partita filwaqt li skorja żewġ gowls.
Bove qed jilgħab ukoll b’mod regolari mat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena. Hu qed jiġi attirat ukoll minn Sassuolo.