Roma żiedu l-isforzi tagħhom biex jassiguraw ftehim ta’ self f’Jannar għall-midfielder ta’ Arsenal, Ainsley Maitland-Niles.
Il-player ta’ 24 sena ġie ristrett għal erba’ partiti mill-bidu biss u seba’ dehriet bħala sostitut dan l-istaġun, l-aħħar waħda minnhom ġiet fl-20 ta’ Novembru.
Minkejja l-istatus tal-iskwadra tagħhom, Arsenal tilfu players bie xjieħdu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika li jfisser li mhux bilfors ikunu f’pożizzjoni li jċedu membru tal-iskwadra versatili f’dan il-punt tat-tieqa tat-trasferimenti.
Minkejja dan, Roma għamlu offerta ta’ self uffiċjali għall-internazzjonali Ingliż bl-għażla li jixtruh fis-sajf.
Jose Mourinho jrid jassigura ftehim kemm jista’ jkun malajr, u se jgħaddi għal miri oħra jekk Arsenal ma jkunux lesti li jagħmlu negozju fil-jiem li ġejjin.
B’Maitland-Niles fadallu biss 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu, il-club mill-Premier League jista’ jkun ippreparat li jistenna l-ħin tiegħu għal offerti permanenti meta għad erba’ ġimgħat għat-tmiem tat-tieqa tat-trasferimentita’ Jannar.