Roma m’għandhom l-ebda intenzjoni li jiffirmaw lil Ainsley Maitland-Niles li jinsab magħhom b’self mingħand Arsenal bi ftehim permanenti fis-sajf.
Wara li tħabat biex jipi utilizzat fl-Emirates Stadium, il-player ta’ 24 sena għamel il-bidla temporanja għas-Serie A f’Jannar, u ngħaqad mat-team ta’ Jose Mourinho sa tmiem l-istaġun.
Maitland-Niles deher f’sitta mis-seba’ logħbiet ta’ Roma fil-kompetizzjonijiet kollha minn mindu ngħaqad mal-club, fejn jopera bħala full-back u wing-back.
Madankollu, il-Giallorossi mhumiex konvinti li l-Ingliż għamel biżżejjed biex jiġġustifika trasferiment permanenti u huma lesti li jħalluh jirritorna ma’ Arsenal fi tmiem l-istaġun.
Roma għandhom l-għażla li jiffirmaw lil Maitland-Niles bi ħlas ta’ bejn it-£8m u t-£12-il miljun, iżda l-Giallorossi x’aktarx li mhumiex se jattiva il-klawsola tax-xiri.
Maitland-Niles jinsab taħt kuntratt fl-Emirates Stadium sas-sajf tal-2023.