Sunday, November 24, 2024

Roma miżmuma fi draw diżappuntanti minn Salernitana

Aqra wkoll

Hekk kif kompliet tintlagħab l-ewwel ġurnata tal-kampjonat tas-Serie A fl-Italja Roma sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 2-2 minn Sassuolo, waqt li Atalanta kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Sassuolo. Intant, f’konfront li ntlagħab tard is-Sibt filgħaxija, Inter għelbu lil Monza bl-iskor ta’ 2-0, waqt li f’partita oħra li ntlagħbet fl-istess jum, Fiorentina, barra minn darhom għelbu lil Genoa bl-iskor kbir ta’ 4-1.

Roma v Salernitana

Roma sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 2-2 minn Salernitana. ġewwa darhom fi Stadio Olimpico. Kienu l-Giallorossi li fetħu l-iskor pemezz ta’ Andrea Belotti (17). Iżda Salernitana wettqu reazzjoni mill-aqwa u ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Antonio Candreva (36). L-istess Antonio Candreva reġa’ sab ix-xibka għat-team tiegħu fid-49 minuta, iżda Andrea Belotti (82) reġa’ skorja għal Roma biex bħal Candreva rreġistra doppjetta personali għat-team tiegħu. 

Sassuolo v Atalanta

Atalanta barra minn darhom għelbu lil Sassuolo bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu tard fil-partita minn Charles De Ketelaere (84) u Nadir Zortea (93).

Genoa v Fiorentina

F’partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija Fiorentina barra minn darhom għelbu lil Genoa bl-iskor kbir ta’ 4-1, bil-goals għalihom jaslu minn Cristiano Biraghi (5), Giacomo Bonaventura (11), Nicolas Gonzalez (40) u Rolando Mandragora (56). Dan sabiex il-goal uniku għal Genoa wasal minn Davide Biraschi (58).

Inter v Monza

F’partita li ntlagħbet ukoll tard is-Sibt filgħaxija, Inter ġewwa darhom f’San Siro bdew l-istaġun fuq nota mill-aktar pożittiva meta għelbu lil Monza bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Lautaro Martinez (8, 76). 

Sport