Manchester United u AS Roma jinsabu jsegwu l-profil tal-attakkant żagħżugħ Brażiljan Marcos Leonardo. Dan tal-aħħar għandu 20 sena u qed jispikka ferm ma’ Santos, it-tim li jilgħab miegħu.
Iż-żewġ klabbs ippruvaw iġibu lill-plejer internazzjonali ta’ taħt l-20 sena iżda ma rnexxielhomx jagħmlu dan tul dan is-sajf bl-objettiv ewlieni hu issa li jakkwistaw f’Jannar li ġej.
Marcos Leonardo skorja 48 gowl f’150 logħba milgħuba fil-kampjonat Brażiljan.