Saturday, September 14, 2024

Roma viċin li jiffirmaw lil Gianluca Scamacca

Aqra wkoll

Roma se jkunu qed jirsistu sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta’ West Ham United Gianluca Scamacca. Dan tal-aħħar jixtieq jagħmel bidla fit-tim u jmur jilgħab lura f’pajjiżu wara staġun fl-Ingilterra fejn lagħab 16-il logħba biss u skorja tliet gowls.

Sadanittant, West Ham United qed jaħsbu fis-sostitut tiegħu u dan jaf ikun Divock Origi li mhux mistenni jibqa’ ma’ AC Milan u eventwalment jirritorna jilgħab fl-Ingilterra fejn għamel żmien ma’ Liverpool.

Ekonomija

Sport