Friday, November 15, 2024

Roman Abramovich interessat li jixtri lil Valencia

Aqra wkoll

Jidher li Roman Abramovich għandu interess li jixtri lil Valencia ladarba jkun infired minn ma’ Chelsea fil-ġimgħat li ġejjin.

B’riżultat tas-sanzjonijiet imposti mill-Gvern Ingliż, il-biljunarju Russu issa qed jistenna lil Raine Group biex jiffinalizza l-bejgħ ta’ Chelsea b’erba’ offerenti jibqgħu fit-tellieqa biex jixtru l-club minn Londra.

Madankollu, offerent rivali għal Valencia – Miguel Zorio – sostna li Abramovich jinsab fil-ġirja biex jieħu f’idejh il-club ta’ Valencia mingħand Peter Lim, li poġġa lil da nil-club għall-bejgħ.

Zorio sostna li Abramovich qed jippjana li jressaq proposta biex jinxtraw ishma mingħand Lim, fejn ġiet ippublikata ittra li jingħad li hi mingħand Zorio.

Taqra hekk: “Peter Lim ipprova jbigħ il-club minn Londra għal €250 miljun u ma rnexxielux. Dan l-aħħar, ixxandar mal-media internazzjonali li għandu żewġ offerti ta’ xiri, tiegħi u tal-oligarka Russu ta’ Chelsea.

“U minn hawn ngħidlu li jew ipoġġi €50m kull sena biex jikkumpensa għat-telf li jiġġenera jew inkella jbigħilna.”

Minkejja l-pożizzjoni finanzjarja fqira ta’ Valencia, sensiela ta’ ħames logħbiet riċenti mingħajr telfa poġġiethom fid-disa’ pożizzjoni fil-La Liga.

Ekonomija

Sport