Friday, November 15, 2024

Roman Abramovich kien is-sid ta’ Vitesse? 

Aqra wkoll

Il-klabb Olandiż ta’ Vitesse jinsab fl-aħbarijiet hekk kif xi gazzetti Ingliżi qed jispekulaw li l-eks proprjetarju ta’ Chelsea Roman Abramovich seta’ kien ukoll sid tagħhom bejn is-snin 2010 u 2016.  

Gazzetta partikolari Ingliża qagħdet tinvestiga fid-dettall dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb f’dak iż-żmien, xi karti legali li nħarġu u ħafna iktar.  

Sar magħruf li Merab Jordania, ħabib ta’ Abramovich kien akkwista lil Vitesse fl-2010 li eventwalment għadda l-assi f’idejn żewġ konoxxenzi oħra tar-Russu u dawn huma Alexander Chigirinsky u Valeri Oyf. Din il-gazzetta tgħid li minkejja li legalment m’hemmx isem Abramovich, effettivament kien hu li kien joħroġ il-flus għall-akkwisti li kienu jsiru fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar u tas-sajf.  

Ekonomija

Sport