Saturday, October 26, 2024

Romelu Lukaku ħerqan li jerġa’ jingħaqad ma’ Inter

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Chelsea, Romelu Lukaku, jinsab ħerqan li jerġa’ jingħaqad ma’ Inter fit-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Il-Belġjan għamel numru ta’ għedewwa fil-Punent ta’ Londra s-sena li għaddiet wara li ammetta li ma kienx kuntent bil-ħajja fi Stamford Bridge u ried jirritorna San Siro.

Lukaku minn dakinhar ġie kkonsenjat għar-rwol marġinali taħt il-gwida ta’ Thomas Tuchel u skorja biss ħames goals fil-Premier League minn mindu ngħaqad mal-Blues għas-somma ta’ £97.5m fis-sajf li għadda.

Lukaku għadu jixtieq jiritorna man-Nerazzurri, li jkunu miftuħa li jilqgħu lura lill-player ta’ 28 sena fil-club għat-tieni perjodu tiegħu magħhom.

Madankollu, huwa mifhum li Inter jkunu lesti biss li jiffinalizzaw kuntratt ta’ self lil Lukaku minħabba ċ-ċirkostanzi finanzjarji involuti, bl-attakkant jinsab taħt kuntratt ma’ Chelsea sal-2026.

L-ex player ta’ Manchester United sab ix-xibka b’kollox 12-il darba fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun iżda ilu ma jiskorja fil-Premier League minn Diċembru li għadda.

Sport