Saturday, September 21, 2024

Romelu Lukaku jingħaqad ma’ Napoli

Aqra wkoll

Wara ħafna ġimgħat ta’ diskussjonijiet u taqtigħ il-qalb, Romelu Lukaku jista’ jgħid li hu l-attakkant il-ġdid ta’ Napoli. Il-kowċ Antonio Conte riedu b’saħħa sa minn meta wasal f’Castel Volturno fejn sostna li għandu bżonn is-servizzi tiegħu.

Ilbieraħ kien hemm ftehim bejn id-diriġenti ta’ Napoli u Chelsea sabiex Big Rom, kif inhu magħruf, jgħaddi mal-Partenopei għas-somma ta’ €30 miljun.

Wara li lestew minn dan it-trasferiment, id-direttur sportiv Naplitan Giuseppe Manna se jaħdem sabiex iġib lejn Stadio Diego Armando Maradona lil Scott McTominay.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport