Saturday, December 21, 2024

Romelu Lukaku jirrakkomanda lil Chelsea biex jiffirmaw lil Alessandro Bastoni u Milan Skriniar

Aqra wkoll

Romelu Lukaku rrakkomanda lil Chelsea biex jiffirmaw tnejn mill-ex players sħabu ta’ Inter, Alessandro Bastoni u Milan Skriniar.

In-numru disgħa Belġjan kellu żewġ staġuni stellari għan-Nerazzurri, wara li ngħaqad magħhom mingħand Manchester United fl-2019, fejn skorja 47 goal fis-Serie A u rebaħ l-Iscudetto s-sena li għaddiet.

Chelsea huma maħsuba li qegħdin fis-suq għal difensur ċentrali ġdid wara li dan is-sajf irrifjutaw offerta għall-player ta’ Sevilla, Jules Kounde.

Lukaku rrakkomanda kemm lil Bastoni kif ukoll lil Skriniar lill-ġerarkija tal-Blues, u ssuġġerixxa li ż-żewġ difensuri għandhom ikunu l-aqwa miri għall-club jew f’Jannar jew fis-sajf li ġej.

Bastoni, li ngħaqad ma’ Inter mingħand Atalanta fl-2017, ikkonsolida postu b’mod regolari fl-ewwel team ta’ Inter fl-aħħar żewġ staġuni, wara li kien lagħab b’self iktar qabel mal-istess Atalanta u anke ma’ Parma.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena għad fadallu tliet snin fil-kuntratt kurrenti tiegħu, filwaqt li Skriniar – li qabel kien marbut ma’ pass mar-rivali ta’ Chelsea, Tottenham Hotspur – se jara l-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju 2023.

Bastoni u Skriniar bdew fid-difiża fl-ewwel żewġ partiti ta’ Inter tas-Serie A tal-istaġun il-ġdid, bin-Nerazzurri jirbħu 4-0 u 3-1 kontra Genoa u Hellas Verona rispettivament.

Ekonomija

Sport