L-attakkant ta’ Inter, Romelu Lukaku ġie msejjaħ fl-iskwadra tal-Belġju għat-Tazza tad-Dinja mill-coach, Roberto Martinez, minkejja t-tħassib dwar il-kundizzjoni fiżika tiegħu.
L-attakkant ta’ 29 sena, lagħab ħames darbiet biss f’dan l-istaġun minħabba injury fil-hamstring.
Il-midfielder ta’ Manchester City Kevin de Bruyne ġie magħżul, flimkien ma’ sitt players tal-Premier League.
It-trio ta’ Leicester City Wout Faes, Timothy Castagne u Youri Tielemans huma fost il-players msejħa.
Id-difensur ta’ Aston Villa Leander Dendoncker, il-midfielder ta’ Everton Andre Onana u l-attakkant ta’ Brighton Leandro Trossard, ukoll jifformaw parti mill-iskwadra.
Fil-Fażi tal-Gruppi, il-Belġju se jilagħbu kontra l-Kanada, il-Marokk u l-Kroazja
L-iskwadra hija:
Goalkeepers: Thibaut Courtois (Real Madrid), Simon Mignolet (Club Brugge), Koen Casteels (Wolfsburg)
Difensuri: Jan Vertonghen (Anderlecht), Toby Alderweireld (Antwerp), Leander Dendoncker (Aston Villa), Wout Faes (Leicester C.), Arthur Theate (Rennes), Zeno Debast (Anderlecht), Yannick Carrasco (Atletico Madrid), Thomas Meunier (Borussia D.), Timothy Castagne (Leicester C.), Thorgan Hazard (Borussia D.),
Midfielders: Kevin de Bruyne (Man City), Youri Tielemans (Leicester C.), Andre Onana (Everton), Axel Witsel (Atletico Madrid), Hans Vanaken (Club Brugge)
Attakkanti: Eden Hazard (Real Madrid), Charles De Ketelaere (Milan), Leandro Trossard (Brighton), Dries Mertens (Galatasaray), Jeremy Doku (Rennes), Romelu Lukaku (Inter), Michy Batshuayi (Fenerbahce), Lois Openda (Lens)