Saturday, December 21, 2024

Romelu Lukaku lura ma’ Inter?

Aqra wkoll

Inter jistgħu jagħmlu offerta ta’ self għall-attakkant ta’ Chelsea, Romelu Lukaku, matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.

Qabel l-istaġun 2021-22, Inter ħallew lil Lukaku iħallihom biex imur jilgħab fi  Stamford Bridge għal somma ta’ £97.5m, bil-player internazzjonali tal-Belġju jiffirma kuntratt ta’ ħames snin.

Madankollu, il-player ta’ 28 sena qatt ma sab postu tassew fil-Punent ta’ Londra, u wasal sl-punta fejn ammetta n-nuqqas ta’ kuntentizza tiegħu waqt intervista f’Diċembru li għadda.

Minħabba l-ħlas tat-trasferiment involut, Chelsea ftit għandhom ċans li jirkupraw dik iċ-ċifra, iżda Inter jistgħu jittantaw xortihom b’offerta ta’ self.

Kieku Chelsea kellhom jikkunsidraw offerta bħal din, in-Nerazzurri jkollhom iħallsu ħlas ta’ self kbir, kif ukoll jaċċettaw li fil-ftehim tiġi inkluża somma ta’ trasferiment obbligatorja.

Lukaku qabel kien gawda l-aqwa perjodu tal-karriera tiegħu ma’ Inter, fejn skorja 64 goal f’95 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha u rebaħ ukoll il-kampjonat tas-Serie A.

Ekonomija

Sport