Rapporti fil-media Taljana qed isostnu li d-diriġenti ta’ Inter mhux beħsiebhom ikomplu bl-attakkant Romelu Lukaku li mistenni jħalli l-klabb sabiex jerġa’ jmur ma’ Chelsea fl-Ingilterra.
Hekk kif i Nerazzurri ħallsu €20 miljun sabiex ġabuh lura b’self, il-plejer Belġjan ma laħaqx l-istennija tagħhom u għalhekk se jerġgħu jibagħtuh lura minn fejn ġie.
Sadanittant qed jissemmew diversi ismijiet li jistgħu jieħdu post Lukaku fosthom Roberto Firmino, Marcus Thuram u Mateo Retegui li kollha qed jiġu evalwati mill-iscouts tal-klabb.